Anness II: Lista ta' reati kriminali msemmija fl-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h)(iii)
Reati kriminali msemmija fl-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h)(iii):
1.
terroriżmu,
2.
traffikar tal-bnedmin,
3.
sfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal,
4.
traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi,
5.
traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon jew splussivi,
6.
qtil, offiżi gravi fuq il-persuna,
7.
kummerċ illeċitu ta' organi jew tessuti tal-bniedem,
8.
traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjoattivi,
9.
ħtif ta' persuni, żamma illegali jew teħid ta' ostaġġi,
10.
reati li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
11.
ħtif illegali ta' inġenji tal-ajru jew bastimenti,
12.
stupru,
13.
reati ambjentali,
14.
serq organizzat jew bl-użu ta' armi,
15.
sabotaġġ,
16.
– parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali involuta f'reat wieħed jew aktar minn dawk elenkati hawn fuq.