Premessa 138
(138)
L-IA hija familja ta' teknoloġiji li qed tiżviluppa b'mod rapidu li tirrikjedi sorveljanza regolatorja u spazju sikur u kkontrollat għall-esperimentazzjoni, filwaqt li tiżgura innovazzjoni u integrazzjoni responsabbli ta' salvagwardji u miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) xierqa. Sabiex jiġi żgurat qafas legali li jippromwovi l-innovazzjoni, jibqa' validu fil-futur u jkun reżiljenti għat-tfixkil, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom jistabbilixxu mill-inqas ambjent wieħed ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA fil-livell nazzjonali biex jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-ittestjar ta' sistemi innovattivi tal-IA taħt sorveljanza regolatorja stretta qabel ma dawn is-sistemi jiġu introdotti fis-suq jew inkella jitqiegħdu fis-servizz. L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw ukoll dan l-obbligu billi jipparteċipaw f'ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorji diġà eżistenti jew jistabbilixxu b'mod konġunt ambjent taambjent taesperimentazzjoni regolatorja għall-IA” tfisser qafas ikontrollat stabbilit minn awtorità nazzjonali kompetenti li joffri lill-fornituri jew lil fornituri prospettivi ta' sistemi tal-IA l-possibbiltà li jiżviluppaw, iħarrġu, jivvalidaw u jittestjaw, meta xieraq fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali, sistema innovattiva tal-IA, skont pjan tapjan tattestjar fid-dinja reali” tfisser dokument li jiddeskrivi l-objettivi, il-metodoloġija, l-ambitu ġeografiku, tal-popolazzjoni u dak temporali, il-monitoraġġ, l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-ittestjar f'kundizzjonijiet tad-dinja realiArticle 3(53)' esperimentazzjoni għal żmien limitat taħt superviżjoni regolatorjaArticle 3(55)' esperimentazzjoni ma' awtorità kompetenti waħda jew aktar tal-Istati Membri, dment li din il-parteċipazzjoni tipprovdi livell ekwivalenti ta' kopertura nazzjonali għall-Istati Membri parteċipanti. Ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA jistgħu jiġu stabbiliti f'forma fiżika, diġitali jew ibrida u jistgħu jakkomodaw prodotti fiżiċi kif ukoll diġitali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kostitwenti jiżguraw ukoll li l-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA jkollhom ir-riżorsi adegwati għall-funzjonament tagħhom, inkluż ir-riżorsi finanzjarji u umani.