AI Act Documents:
Premessa 179
(179) Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mit-2 ta’ Awwissu 2026. Madankollu, b'kunsiderazzjoni għar-riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) inaċċettabbli assoċjat mal-użu tal-IA b'ċerti modi, jenħtieġ li l-projbizzjonijiet kif ukoll id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament japplikaw diġà mit-2 ta’ Frar 2025. Filwaqt li l-effett sħiħ ta' dawk il-projbizzjonijiet isegwi bl-istabbiliment tal-governanza u l-infurzar ta' dan ir-Regolament, l-antiċipazzjoni tal-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet hija importanti biex jitqiesu r-riskji inaċċettabbli u biex ikollha effett fuq proċeduri oħra, bħal fid-dritt ċivili. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-infrastruttura relatata mal-governanza u mas-sistema tal-valutazzjoni tal-konformitàvalutazzjoni tal-konformitàtfisser il-proċess biex jintwera jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2 relatati ma' sistema tal-IAsistema tal-IAtfisser sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b'livelli differenti ta' awtonomija u li tista' turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwaliArticle 3(1) b'riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli ġewx issodisfatiArticle 3(20) tkun operattiva qabel it-2 ta’ Awwissu 2026, u għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-korpi notifikati u l-istruttura ta' governanza japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2025. Minħabba l-pass mgħaġġel tal-avvanzi teknoloġiċi u l-adozzjoni ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali, jenħtieġ li l-obbligi għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2025. Jenħtieġ li l-kodiċijiet ta' prattika jkunu lesti sat-2 ta’ Mejju 2025 bil-ħsieb li l-fornituri jkunu jistgħu juru l-konformità fil-ħin. Jenħtieġ li l-Uffiċċju għall-IAUffiċċju għall-IAtfisser il-funzjoni tal-Kummissjoni li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tas-sistemi tal-IA u tal-mudelli tal-IA bi skop ġenerali, u l-governanza tal-IA, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024; ir-referenzi f'dan ir-Regolament għall-Uffiċċju għall-IA għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-KummissjoniArticle 3(47) jiżgura li r-regoli u l-proċeduri ta' klassifikazzjoni jkunu aġġornati fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jinnotifikaw lill-Kummissjoni r-regoli dwar il-penali, inkluż il-multi amministrattivi, u jiżguraw li dawn jiġu implimentati sew u b'mod effettiv sad-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-penali japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2025.