Taqsima 4
Rimedji
Artikolu 85: Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità tas-sorveljanza tas-suq
Mingħajr preġudizzju għal rimedji amministrattivi jew ġudizzjarji oħra, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha raġunijiet biex tqis li kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tista’ tressaq ilmenti lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suqawtorità tas-sorveljanza tas-suqtfisser l-awtorità nazzjonali li twettaq l-attivitajiet u li tieħu l-miżuri skont ir-Regolament (UE) 2019/1020Article 3(26) rilevanti.
F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020, tali lmenti għandhom jitqiesu bl-għan li jitwettqu attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq, u għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-proċeduri ddedikati stabbiliti għal dan l-għan mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.