Taqsima 2
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti
Artikolu 70: Id-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-punti uniċi ta’ kuntatt
1.
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jiddeżinja bħala awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-inqas awtorità tan-notifikaawtorità tan-notifikatfisser l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-istabbiliment u t-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ tagħhomArticle 3(19) waħda u mill-inqas awtorità tas-sorveljanza tas-suqawtorità tas-sorveljanza tas-suqtfisser l-awtorità nazzjonali li twettaq l-attivitajiet u li tieħu l-miżuri skont ir-Regolament (UE) 2019/1020Article 3(26) waħda għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju sabiex jissalvagwardaw l-oġġettività tal-attivitajiet u l-kompiti tagħhom, u biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-membri ta’ dawk l-awtoritajiet ma għandhom iwettqu l-ebda azzjoni li ma tkunx kompatibbli ma’ dmirijiethom. Dment li dawk il-prinċipji jiġu rispettati, dawn l-attivitajiet u l-kompiti jistgħu jitwettqu minn awtorità ddeżinjata waħda jew aktar, f’konformità mal-ħtiġijiet organizzattivi tal-Istat Membru.
2.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-identità tal-awtoritajiet tan-notifika u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kif ukoll kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni dwar kif l-awtoritajiet kompetenti u l-punti uniċi ta’ kuntatt jistgħu jiġu kkuntattjati, b’mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika sat-2 ta’ Awwissu 2025. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità tas-sorveljanza tas-suqawtorità tas-sorveljanza tas-suqtfisser l-awtorità nazzjonali li twettaq l-attivitajiet u li tieħu l-miżuri skont ir-Regolament (UE) 2019/1020Article 3(26) biex taġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt għal dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-punt uniku ta’ kuntatt. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku lista tal-punti uniċi ta’ kuntatt.
3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom jiġu pprovduti b’riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati, u b’infrastruttura biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom għadd suffiċjenti ta’ persunal disponibbli b’mod permanenti li l-kompetenzi u l-kompetenza esperta tiegħu għandhom jinkludu fehim fil-fond tat-teknoloġiji tal-IA, tad-data u tal-computing tad-data, tal-protezzjoni tad-data personalidata personalitfisser data kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679Article 3(50), taċ-ċibersigurtà, tad-drittijiet fundamentali, tar-riskji għas-saħħa u għas-sikurezza u għarfien tal-istandards u tar-rekwiżiti legali eżistenti. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, jekk meħtieġ, jaġġornaw ir-rekwiżiti ta’ kompetenza u tar-riżorsi msemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi annwali.
4.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jieħdu miżuri opportuni biex jiżguraw livell adegwat ta' ċibersigurtà.
5.
Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaġixxu f'konformità mal-obbligi tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 78.
6.
Sat-2 ta’ Awwissu 2025 u darba kull sentejn wara dan, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-istatus tar-riżorsi finanzjarji u umani tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'valutazzjoni tal-adegwatezza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Bord għal diskussjoni u għal rakkomandazzjonijiet possibbli.
7.
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
8.
“L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jipprovdu gwida u pariri dwar l-implimentazzjoni ta” dan ir-Regolament, b”mod partikolari lill-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, u lill-SMCs, filwaqt li jqisu l-gwida u l-pariri tal-Bord u tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq. Kull meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkun beħsiebhom jipprovdu gwida u pariri b”rabta ma” sistema tal-IAsistema tal-IAtfisser sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b'livelli differenti ta' awtonomija u li tista' turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwaliArticle 3(1) f”oqsma koperti minn liġijiet oħra tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont dik il-liġi tal-Unjoni għandhom jiġu kkonsultati, kif xieraq.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jipprovdu gwida u pariri dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari lill-SMEs inkluż in-negozji ġodda, filwaqt li jqisu l-gwida u l-pariri tal-Bord u tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq. Kull meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu gwida u pariri fir-rigward ta' sistema tal-IAsistema tal-IAtfisser sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b'livelli differenti ta' awtonomija u li tista' turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwaliArticle 3(1) f'oqsma koperti minn liġi oħra tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont dik il-liġi tal-Unjoni għandhom jiġu kkonsultati, meta jkun xieraq.
9.
Meta l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi bħala l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni tagħhom.