AI Act Documents:
Premessa 172
(172) Jenħtieġ li l-persuni li jaġixxu bħala informaturi dwar il-ksur ta' dan ir-Regolament jiġu protetti skont il-liġi tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni ([ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17](https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/AUTO/?uri=OJ:L:2019:305:TOC)). tapplika għar-rappurtar ta' ksur ta' dan ir-Regolament u għall-protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw tali ksur.

Noti f'qiegħ il-paġna

[54] Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).