Premessa 168
(168)
Għalhekk jenħtieġ li l-konformità ma' dan ir-Regolament tkun infurzabbli permezz tal-impożizzjoni ta' penali u miżuri ta' infurzar oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu implimentati, inkluż billi jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tagħhom, u biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta' ne bis in idem. Sabiex jissaħħu u jiġu armonizzati l-penali amministrattivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti massimi għall-istabbiliment tal-multi amministrattivi għal ċertu ksur speċifiku. Meta jivvalutaw l-ammont tal-multi, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'kull każ individwali, iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, b'kunsiderazzjoni xierqa b'mod partikolari għan-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u għad-daqs tal-forniturforniturtfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jiżviluppa sistema tal-IA jew mudell tal-IA bi skop ġenerali jew li jikkummissjona l-iżvilupp ta' sistema tal-IA jew mudell tal-IA bi skop ġenerali u jintroduċih fis-suq jew iqiegħed is-sistema tal-IA fis-servizz taħt ismu jew bit-trademark tiegħu stess, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlasArticle 3(3), b'mod partikolari jekk il-forniturforniturtfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jiżviluppa sistema tal-IA jew mudell tal-IA bi skop ġenerali jew li jikkummissjona l-iżvilupp ta' sistema tal-IA jew mudell tal-IA bi skop ġenerali u jintroduċih fis-suq jew iqiegħed is-sistema tal-IA fis-servizz taħt ismu jew bit-trademark tiegħu stess, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlasArticle 3(3) ikun SME jew negozju ġdid. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkollu s-setgħa jimponi multi fuq l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.