Artikolu 84: Strutturi ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-ittestjar tal-IA
1.
Il-Kummissjoni għandha tiddeżinja struttura ta’ appoġġ waħda jew aktar tal-Unjoni għall-ittestjar tal-IA biex twettaq il-kompiti elenkati taħt l-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2019/1020 fil-qasam tal-IA.
2.
Mingħajr preġudizzju għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, l-istrutturi ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-ittestjar tal-IA għandhom jipprovdu wkoll pariri tekniċi jew xjentifiċi indipendenti fuq talba tal-Bord, tal-Kummissjoni, jew tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.