Premessa 21
(21)
Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi u protezzjoni effettiva tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi madwar l-Unjoni, jenħtieġ li r-regoli stabbiliti b'dan ir-Regolament japplikaw għall-fornituri tas-sistemi tal-IA b'mod mhux diskriminatorju, irrispettivament minn jekk humiex stabbiliti fl-Unjoni jew f'pajjiż terz, u għall-implimentaturi tas-sistemi tal-IA stabbiliti fl-Unjoni.