Artikolu 42: Preżunzjoni tal-konformità ma’ ċerti rekwiżiti
1.
Sistemi tal-IA b’riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli li jkunu ġew imħarrġa u ttestjati fuq data li tirrifletti l-issettjar ġeografiku, komportamentali, kuntestwali jew funzjonali speċifiku li fih ikunu maħsuba li jintużaw għandhom jiġu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 10(4).
2.
Sistemi tal-IA b’riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli li jkunu ġew iċċertifikati jew li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità bi skema taċ-ċibersigurtà skont ir-Regolament (UE) 2019/881 u li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar iċ-ċibersigurtà stipulati fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament sa fejn iċ-ċertifikat taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità jew partijiet minnha jkopru dawk ir-rekwiżiti.
3.
“Meta s-sistemi tal-IA b”riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli jaqgħu fil-kamp ta” applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta” dak ir-Regolament ikunu ssodisfati, tali sistemi għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Artikolu 15 ta” dan ir-Regolament.Ma kienx jeżisti qabel l-emenda.