AI Act Documents:
Premessa 144
(144) Sabiex tiġi promossa u protetta l-innovazzjoni, jenħtieġ li l-pjattaforma tal-IA fuq talba, il-programmi u l-proġetti ta' finanzjament rilevanti kollha tal-Unjoni, bħall-Programm Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropa, implimentati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, jikkontribwixxu, kif xieraq, għall-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament.