Premessa 153
(153)
L-Istati Membri jaqdu rwol ewlieni fl-applikazzjoni u fl-infurzar ta' dan ir-Regolament. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li kull Stat Membru jiddeżinja minn tal-inqas awtorità tan-notifikaawtorità tan-notifikatfisser l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-istabbiliment u t-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ tagħhomArticle 3(19) waħda u minn tal-inqas awtorità tas-sorveljanza tas-suqawtorità tas-sorveljanza tas-suqtfisser l-awtorità nazzjonali li twettaq l-attivitajiet u li tieħu l-miżuri skont ir-Regolament (UE) 2019/1020Article 3(26) waħda bħala awtoritajiet kompetenti nazzjonali bil-għan li jiġu ssorveljati l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaħtru kwalunkwe tip ta' entità pubblika biex twettaq il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-karatteristiċi u l-ħtiġijiet organizzattivi nazzjonali speċifiċi tagħhom. Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-organizzazzjoni fuq in-naħa tal-Istati Membri u biex jiġi stabbilit punt uniku ta' kuntatt għall-pubbliku u għal kontropartijiet oħra fil-livell tal-Istati Membri u f'dak tal-Unjoni, jenħtieġ li kull Stat Membru jiddeżinja awtorità tas-sorveljanza tas-suqawtorità tas-sorveljanza tas-suqtfisser l-awtorità nazzjonali li twettaq l-attivitajiet u li tieħu l-miżuri skont ir-Regolament (UE) 2019/1020Article 3(26) biex taġixxi bħala punt uniku ta' kuntatt.