Premessa 137
(137)
Jenħtieġ li l-konformità mal-obbligi tat-trasparenza għas-sistemi tal-IA koperti minn dan ir-Regolament ma tiġix interpretata li tindika li l-użu tas-sistema tal-IAsistema tal-IAtfisser sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b'livelli differenti ta' awtonomija u li tista' turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwaliArticle 3(1) jew tal-output tagħha huwa legali skont dan ir-Regolament jew dritt ieħor tal-Unjoni u tal-Istati Membri u jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta' trasparenza għall-implimentaturi tas-sistemi tal-IA stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.