Premessa 45
(45)
Jenħtieġ li l-prattiki li huma pprojbiti mil-liġi tal-Unjoni, inkluż il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, il-liġi dwar in-nondiskriminazzjoni, il-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u l-liġi tal-kompetizzjoni, ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament.