Premessa 107
(107)
Sabiex tiżdied it-trasparenza dwar id-data li tintuża fit-taħriġ minn qabel u fit-taħriġ ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali, inkluż it-test u d-data protetti mil-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur, huwa xieraq li l-fornituri ta' tali mudelli jfasslu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku sommarju dettaljat biżżejjed tal-kontenut użat għat-taħriġ tal-mudell tal-IA bi skop ġeneralimudell tal-IA bi skop ġeneralitfisser mudell tal-IA, inkluż meta tali mudell tal-IA jitħarreġ b'ammont kbir ta' data bl-użu ta' awtosuperviżjoni fuq skala kbira, li juri ġeneralità sinifikanti u li jkun kapaċi jwettaq b'mod kompetenti firxa wiesgħa ta' kompiti distinti rrispettivament mill-mod kif il-mudell jiġi introdott fis-suq u li jista' jiġi integrat f'varjetà ta' sistemi jew applikazzjonijiet downstream, ħlief mudelli tal-IA li jintużaw għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp jew prototipar qabel ma jiġu introdotti fis-suqArticle 3(63). Filwaqt li titqies kif xieraq il-ħtieġa li jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali u l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, jenħtieġ li dan is-sommarju jkun ġeneralment komprensiv fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu minflok ma jkun teknikament dettaljat biex jiffaċilita lill-partijiet b'interessi leġittimi, inkluż id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, biex jeżerċitaw u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, pereżempju billi jelenka l-ġabriet jew is-settijiet ewlenin tad-data li jkunu ħarrġu l-mudell, bħal bażijiet tad-data privati jew pubbliċi kbar jew arkivji tad-data, u billi jipprovdi spjegazzjoni narrattiva dwar sorsi oħra ta' data użati. Huwa xieraq li l-Uffiċċju għall-IAUffiċċju għall-IAtfisser il-funzjoni tal-Kummissjoni li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tas-sistemi tal-IA u tal-mudelli tal-IA bi skop ġenerali, u l-governanza tal-IA, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024; ir-referenzi f'dan ir-Regolament għall-Uffiċċju għall-IA għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-KummissjoniArticle 3(47) jipprovdi mudell għas-sommarju, li jenħtieġ li jkun sempliċi, effettiv, u jippermetti lill-forniturforniturtfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jiżviluppa sistema tal-IA jew mudell tal-IA bi skop ġenerali jew li jikkummissjona l-iżvilupp ta' sistema tal-IA jew mudell tal-IA bi skop ġenerali u jintroduċih fis-suq jew iqiegħed is-sistema tal-IA fis-servizz taħt ismu jew bit-trademark tiegħu stess, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlasArticle 3(3) jipprovdi s-sommarju meħtieġ f'forma narrattiva.