AI Act Documents:
Premessa 40
(40) F'konformità mal-Artikolu 6a tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), sa fejn japplika għall-użu ta' sistemi ta' kategorizzazzjoni bijometrika għal attivitajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), sa fejn japplika għall-użu tas-sistemi tal-IA koperti minn dik id-dispożizzjoni, l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), l-Artikolu 5(2) sa (6) u l-Artikolu 26(10) ta' dan ir-Regolament adottat abbażi tal-Artikolu 16 TFUE relatati mal-ipproċessar ta' data personalidata personalitfisser data kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679Article 3(50) mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li huma fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta TFUE, meta l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli li jirregolaw il-forom ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali jew ta' kooperazzjoni tal-pulizija li jeħtieġu konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi tal-Artikolu 16 TFUE.