Artikolu 100: Multi amministrattivi fuq l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni
1.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista' jimponi multi amministrattivi fuq l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta tittieħed deċiżjoni dwar jekk tiġix imposta multa amministrattiva u meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tal-multa amministrattiva f'kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika u għandha tingħata attenzjoni xierqa lil dawn li ġejjin:
(a)
in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-iskop tas-sistema tal-IAsistema tal-IAtfisser sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b'livelli differenti ta' awtonomija u li tista' turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwaliArticle 3(1) kkonċernata, kif ukoll, fejn xieraq, in-numru ta' persuni affettwati u l-livell ta' dannu mġarrab minnhom,;
(b)
il-grad ta' responsabbiltà tal-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minnhom;
(c)
kwalunkwe azzjoni meħuda mill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni biex jiġi mitigat id-dannu mġarrab mill-persuni affettwati;
(d)
il-grad ta' kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex jiġi rimedjat il-ksur u jiġu mitigati l-effetti negattivi possibbli tal-ksur, inkluż il-konformità ma' kwalunkwe waħda mill-miżuri li qabel kienu ordnati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kontra l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni kkonċernata fir-rigward tal-istess suġġettsuġġettgħall-fini tal-ittestjar fid-dinja reali tfisser persuna fiżika li tieħu sehem fl-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja realiArticle 3(58);
(e)
kwalunkwe ksur preċedenti simili mill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni;
(f)
il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b'mod partikolari jekk l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni nnotifikawx il-ksur, u jekk ikun hekk il-każ sa liem punt innotifikawh;
(g)
il-baġit annwali tal-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni.
2.
In-nonkonformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-IA msemmija fl-Artikolu 5 għandha tkun soġġetta għal multi amministrattivi sa EUR 1 500 000.
3.
In-nonkonformità tas-sistema tal-IAsistema tal-IAtfisser sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b'livelli differenti ta' awtonomija u li tista' turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwaliArticle 3(1) ma' kwalunkwe rekwiżit jew obbligu skont dan ir-Regolament, għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 5, għandha tkun soġġetta għal multi amministrattivi sa EUR 750 000.
4.
Qabel ma jieħu deċiżjonijiet skont dan l-Artikolu, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni li hija s-suġġettsuġġettgħall-fini tal-ittestjar fid-dinja reali tfisser persuna fiżika li tieħu sehem fl-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja realiArticle 3(58) tal-proċedimenti mwettqa mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data l-opportunità li tinstema' dwar il-kwistjoni rigward il-ksur possibbli. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu biss fuq elementi u ċirkostanzi li dwarhom il-partijiet ikkonċernati setgħu jikkummentaw. L-ilmenti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu assoċjati mill-qrib mal-proċedimenti.
5.
Id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet ikkonċernati għandhom ikunu rispettati b'mod sħiħ fil-proċedimenti. Dawn għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, soġġetti għall-interess leġittimu tal-individwi jew tal-impriżi fil-protezzjoni tad-data personalidata personalitfisser data kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679Article 3(50) jew tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
6.
Il-fondi miġbura bl-impożizzjoni ta' multi f'dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-multi ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim effettiv tal-istituzzjoni, tal-korp, tal-uffiċċju jew tal-aġenzija tal-Unjoni mmultata.
7.
Fuq bażi annwali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-multi amministrattivi li jkun impona skont dan l-Artikolu u dwar kwalunkwe litigazzjoni jew proċediment ġudizzjarju mibdi.