AI Act Documents:

Artikolu 66: Kompiti tal-Bord

Japplika minn 2 ta’ Awwissu 2025, skont Artikolu 113(b)
Il-Bord għandu jipprovdi pariri u jassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni konsistenti u effettiva ta' dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Bord jista' b'mod partikolari:
(a) jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati u soġġett għall-qbil tagħhom, jappoġġa attivitajiet konġunti tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 74(11);
(b) jiġbor u jikkondividi l-kompetenza esperta teknika u regolatorja u l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri;
(c) jipprovdi pariri dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-infurzar tar-regoli dwar il-mudelli tal-IA bi skop ġenerali;
(d) jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-prattiki amministrattivi fl-Istati Membri, inkluż fir-rigward tad-deroga mill-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformitàvalutazzjoni tal-konformitàtfisser il-proċess biex jintwera jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2 relatati ma' sistema tal-IAsistema tal-IAtfisser sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b'livelli differenti ta' awtonomija u li tista' turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwaliArticle 3(1) b'riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli ġewx issodisfatiArticle 3(20) msemmija fl-Artikolu 46, il-funzjonament tal-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali msemmija fl-Artikoli 57, 59 u 60;
(e) fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja, joħroġ rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet bil-miktub dwar kwalunkwe kwistjoni rilevanti relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u mal-applikazzjoni konsistenti u effettiva tiegħu, inkluż:
(i) dwar l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta u kodiċijiet ta' prattika skont dan ir-Regolament kif ukoll il-linji gwida tal-Kummissjoni;
(ii) l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 112, inkluż fir-rigward tar-rapporti dwar inċidenti serji msemmija fl-Artikolu 73 l-funzjonament tal-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 71, it-tħejjija tal-atti delegati jew ta' implimentazzjoni, u fir-rigward ta' allinjamenti possibbli ta' dan ir-Regolament mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I;
(iii) dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew l-istandards eżistenti rigward ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2;
(iv) dwar l-użu ta' standards armonizzati jew ta' speċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikoli 40 u 41;
(v) xejriet, bħall-kompetittività globali Ewropea fl-IA, l-użu tal-IA fl-Unjoni, u l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali;
(vi) xejriet dwar it-tipoloġija li dejjem tevolvi tal-ktajjen tal-valur tal-IA, b'mod partikolari dwar l-implikazzjonijiet li jirriżultaw f'termini tar-responsabbiltà;
(vii) dwar il-ħtieġa potenzjali għal emenda tal-Anness III f'konformità mal-Artikolu 7 u dwar il-ħtieġa potenzjali għal reviżjoni possibbli tal-Artikolu 5 skont l-Artikolu 112, filwaqt li jqis l-evidenza disponibbli rilevanti u l-aħħar żviluppi fit-teknoloġija;
(f) jappoġġa lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tal-litteriżmu fl-IAlitteriżmu fl-IAtfisser ħiliet, għarfien u fehim li jippermetti lill-fornituri, lill-implimentaturi u lill-persuni affettwati, b'kunsiderazzjoni għad-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, jagħmlu użu infurmat tas-sistemi tal-IA, kif ukoll jsiru konxji tal-opportunitajiet u r-riskji tal-IA u l-ħsara possibbli li tista' tikkawżaArticle 3(56), is-sensibilizzazzjoni u l-fehim tal-pubbliku dwar il-benefiċċji, ir-riskji, is-salvagwardji u d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-użu ta' sistemi tal-IA;
(g) jiffaċilita l-iżvilupp ta' kriterji komuni u fehim kondiviż fost l-operaturi tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti tal-kunċetti rilevanti previsti f'dan ir-Regolament, inkluż billi jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' parametri referenzjarji;
(h) jikkoopera, kif xieraq, ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll ma' gruppi ta' esperti u networks rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sikurezza tal-prodotti, iċ-ċibersigurtà, il-kompetizzjoni, is-servizzi diġitali u tal-media, is-servizzi finanzjarji, il-protezzjoni tal-konsumatur, u l-protezzjoni tad-data u tad-drittijiet fundamentali;
(i) jikkontribwixxi għal kooperazzjoni effettiva mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;
(j) jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-kompetenza esperta organizzattiva u teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż billi jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ għall-persunal tal-Istati Membri involuti fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;
(k) jassisti lill-Uffiċċju għall-IAUffiċċju għall-IAtfisser il-funzjoni tal-Kummissjoni li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tas-sistemi tal-IA u tal-mudelli tal-IA bi skop ġenerali, u l-governanza tal-IA, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024; ir-referenzi f'dan ir-Regolament għall-Uffiċċju għall-IA għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-KummissjoniArticle 3(47) fl-appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-istabbiliment u l-iżvilupp ta' ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA u jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost l-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA;
(l) jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' dokumenti ta' gwida u jagħti pariri rilevanti dwarhom;
(m) jagħti pariri lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet internazzjonali dwar l-IA;
(n) jipprovdi opinjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allerti kwalifikati rigward mudelli tal-IA bi skop ġenerali;
(o) jirċievi opinjonijiet mill-Istati Membri dwar allerti kwalifikati rigward mudelli tal-IA bi skop ġenerali u dwar l-esperjenzi u l-prattiki nazzjonali dwar il-monitoraġġ u l-infurzar ta' sistemi tal-IA, b'mod partikolari s-sistemi li jintegraw il-mudelli tal-IA bi skop ġenerali.