KAPITOLU XII
Penali
Artikolu 99: Penali
1.
“F”konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f”dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali u miżuri oħra tal-infurzar, li jistgħu jinkludu wkoll multi amministrattivi, twissijiet u miżuri nonmonetarji, applikabbli għal kwalunkwe ksur ta” dan ir-Regolament mill-operaturi, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati kif xieraq u b”mod effettiv, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 96. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom iqisu l-interessi tal-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, u l-SMCs, u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom meta jimponu penali.F'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali u l-miżuri l-oħra ta' infurzar, li jistgħu jinkludu wkoll twissijiet u miżuri nonmonetarji, applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament mill-operaturi, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati kif xieraq u b'mod effettiv, b’hekk iqisu l-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 96. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Għandhom iqisu l-interessi tal-SMEs, inkluż in-negozji ġodda u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom.
2.
L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien u mhux aktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli dwar il-penali u bil-miżuri ta' infurzar imsemmija fil-paragrafu 1, u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.
3.
In-nonkonformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-IA msemmija fl-Artikolu 5 għandha tkun soġġetta għal multi amministrattivi sa EUR 35 000 000 jew, jekk l-awtur ikun impriża, sa 7 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.
4.
In-nonkonformità ma' kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin b'rabta mal-operaturi jew il-korpi notifikati, għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 5, għandha tkun soġġetta għal multi amministrattivi sa EUR 15 000 000 jew, jekk l-awtur ikun impriża, sa 3 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:
(a)
l-obbligi tal-fornituri skont l-Artikolu 16;
(b)
l-obbligi tar-rappreżentanti awtorizzati skont l-Artikolu 22;
(c)
l-obbligi tal-importaturi skont l-Artikolu 23;
(d)
l-obbligi tad-distributuri skont l-Artikolu 24;
(da)
l-obbligi tal-fornituri u tal-operaturi skont l-Artikolu 25(2) u (4)Ma kienx jeżisti qabel l-emenda.
(e)
l-obbligi tal-implimentaturi skont l-Artikolu 26;
(f)
ir-rekwiżiti u l-obbligi tal-korpi notifikati skont l-Artikolu 31, l-Artikolu 33(1), (3) u(4) jew l-Artikolu 34;
(g)
l-obbligi ta' trasparenza għall-fornituri u l-implimentaturi skont l-Artikolu 50.
5.
Il-forniment ta' informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-korpi notifikati jew lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bi tweġiba għal talba għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 7 500 000 jew, jekk l-awtur ikun impriża, sa 1 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.
6.
Fil-każ ta' SMEs, inkluż negozji ġodda, kull multa msemmija f'dan l-Artikolu ma għandhiex taqbeż il-perċentwali jew l-ammont imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5, skont liema minnhom ikun l-inqas.
6a.
Fil-każ tal-SMCs, kull multa msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandha tkun sal-perċentwali jew l-ammont imsemmi fihom, skont liema minnhom ikun l-inqas.Ma kienx jeżisti qabel l-emenda.
7.
Meta tittieħed deċiżjoni dwar jekk tiġix imposta multa amministrattiva u dwar l-ammont tal-multa amministrattiva f'kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika u, meta jkun xieraq, għandha tingħata attenzjoni lil dawn li ġejjin:
(a)
in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-iskop tas-sistema tal-IAsistema tal-IAtfisser sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b'livelli differenti ta' awtonomija u li tista' turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwaliArticle 3(1), kif ukoll, fejn xieraq, in-numru ta' persuni affettwati u l-livell ta' dannu mġarrab minnhom;
(b)
jekk ikunux diġà ġew applikati multi amministrattivi minn awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq fuq l-istess operaturoperaturtfisser fornitur, manifattur tal-prodott, implimentatur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributurArticle 3(8) għall-istess ksur;
(c)
jekk il-multi amministrattivi jkunux diġà ġew applikati minn awtoritajiet oħra fuq l-istess operaturoperaturtfisser fornitur, manifattur tal-prodott, implimentatur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributurArticle 3(8) għal ksur ta' liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali, meta tali ksur jirriżulta mill-istess attività jew ommissjoni li tikkostitwixxi ksur rilevanti ta' dan ir-Regolament;
(d)
id-daqs, il-fatturat annwali u s-sehem mis-suq tal-operaturoperaturtfisser fornitur, manifattur tal-prodott, implimentatur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributurArticle 3(8) li jwettaq il-ksur;
(e)
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ, bħal benefiċċji finanzjarji miksuba, jew telf evitat, direttament jew indirettament, mill-ksur;
(f)
il-grad ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex jiġi rimedjat il-ksur u jiġu mitigati l-effetti negattivi possibbli tal-ksur;
(g)
il-grad ta' responsabbiltà tal-operaturoperaturtfisser fornitur, manifattur tal-prodott, implimentatur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributurArticle 3(8) filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minnu;
(h)
il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'mod partikolari jekk l-operaturoperaturtfisser fornitur, manifattur tal-prodott, implimentatur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributurArticle 3(8) innotifika l-ksur, u jekk ikun il-każ, sa liema punt innotifikah;
(i)
il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;
(j)
kwalunkwe azzjoni li tittieħed mill-operaturoperaturtfisser fornitur, manifattur tal-prodott, implimentatur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributurArticle 3(8) biex tiġi mitigata l-ħsara mġarrba mill-persuni affettwati.
8.
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi regoli dwar sa liema punt jistgħu jiġu imposti multi amministrattivi fuq l-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi stabbiliti f'dak l-Istat Membru.
9.
Skont is-sistema legali tal-Istati Membri, ir-regoli dwar il-multi amministrattivi jistgħu jiġu applikati b'tali mod li l-multi jiġu imposti mill-qrati nazzjonali kompetenti jew minn korpi oħra kif applikabbli f'dawk l-Istati Membri. L-applikazzjoni ta' tali regoli f'dawk l-Istati Membri għandu jkollha effett ekwivalenti.
10.
L-eżerċizzju tas-setgħat taħt dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għal salvagwardji proċedurali xierqa f'konformità ma-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż rimedji ġudizzjarji u proċess dovut effettivi.
11.
Fuq bażi annwali, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-multi amministrattivi li jkunu ħarġu matul dik is-sena, f'konformità ma' dan l-Artikolu, u dwar kwalunkwe litigazzjoni jew proċediment ġudizzjarju relatat.