Premessa 69
(69)
Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personalidata personalitfisser data kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679Article 3(50) jrid jiġi ggarantit tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-sistema tal-IAsistema tal-IAtfisser sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b'livelli differenti ta' awtonomija u li tista' turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwaliArticle 3(1). F'dan ir-rigward, il-prinċipji tal-minimizzazzjoni tad-data u tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku, kif stipulati fil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, huma applikabbli meta tiġi pproċessata d-data personalidata personalitfisser data kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679Article 3(50). Il-miżuri meħuda mill-fornituri biex jiżguraw il-konformità ma' dawk il-prinċipji jistgħu jinkludu mhux biss l-anonimizzazzjoni u l-kriptaġġ, iżda wkoll l-użu ta' teknoloġija li tippermetti li l-algoritmi jinġiebu fid-data u li tippermetti t-taħriġ tas-sistemi tal-IA mingħajr it-trażmissjoni bejn il-partijiet jew l-ikkupjar tad-data mhux ipproċessata jew strutturata nnifisha, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar il-governanza tad-data previsti f'dan ir-Regolament.