Taqsima 5
Superviżjoni, investigazzjoni, infurzar u monitoraġġ fir-rigward tal-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali
Artikolu 88: Infurzar tal-obbligi tal-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali
1.
Il-Kummissjoni għandu jkollha setgħat esklużivi biex tissorvelja u tinforza l-Kapitolu V, filwaqt li tqis il-garanziji proċedurali skont l-Artikolu 94. Il-Kummissjoni għandha tafda l-implimentazzjoni ta' dawn il-kompiti lill-Uffiċċju għall-IAUffiċċju għall-IAtfisser il-funzjoni tal-Kummissjoni li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tas-sistemi tal-IA u tal-mudelli tal-IA bi skop ġenerali, u l-governanza tal-IA, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024; ir-referenzi f'dan ir-Regolament għall-Uffiċċju għall-IA għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-KummissjoniArticle 3(47), mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' organizzazzjoni tal-Kummissjoni u d-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri u l-Unjoni abbażi tat-Trattati.
2.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 75(3), l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni teżerċita s-setgħat stabbiliti f'din it-Taqsima, fejn dan ikun meħtieġ u proporzjonat biex tgħinhom iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.