Artikolu 69: Aċċess għall-grupp ta' esperti mill-Istati Membri
1.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-esperti tal-bord jappoġġaw l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom skont dan ir-Regolament.
2.
“L-Istati Membri jistgħu jintalbu jħallsu tariffi għall-pariri u għall-appoġġ mogħtija mill-esperti b”rata ekwivalenti għat-tariffi tar-remunerazzjoni applikabbli għall-Kummissjoni skont l-att ta” implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 68(1).L-Istati Membri jistgħu jintalbu jħallsu tariffi għall-pariri u l-appoġġ ipprovduti mill-esperti. L-istruttura u l-livell tat-tariffi kif ukoll l-iskala u l-istruttura tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru għandhom jiġu stipulati fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 68(1), filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-implimentazzjoni adegwata ta' dan ir-Regolament, il-kosteffettività u l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess effettiv għall-esperti għall-Istati Membri kollha.
3.
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess f'waqtu mill-Istati Membri għall-esperti, skont kif ikun meħtieġ, u tiżgura li t-taħlita ta' attivitajiet ta' appoġġ imwettqa mill-appoġġ tal-Unjoni għall-ittestjar tal-IA skont l-Artikolu 84 u l-esperti skont dan l-Artikolu tkun organizzata b'mod effiċjenti u tagħti l-aħjar valur miżjud possibbli.