Artikolu 111: Sistemi tal-IA diġà introdotti fis-suq jew imqiegħda fis-servizz u mudeli tal-IA bi skop ġenerali diġà introdotti fis-suq
1.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5 kif imsemmi fl-Artikolu 113(3), il-punt (a), is-sistemi tal-IA li huma komponenti tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira stabbiliti bl-atti legali elenkati fl-Anness X li jkunu ġew introdotti fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel it-2 ta’ Awwissu 2027 għandhom jinġiebu f'konformità ma' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2030.
Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jitqiesu fl-evalwazzjoni ta' kull sistema tal-IT fuq skala kbira stabbilita bl-atti legali elenkati fl-Anness X li għandha titwettaq kif previst f'dawk l-atti legali u meta dawk l-atti legali jiġu sostitwiti jew emendati.
2.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5 kif imsemmi fl-Artikolu 113, it-tielet paragrafu, il-punt (a), dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tas-sistemi tal-IA b’riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli, ħlief għas-s-sistemi imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu,li ġew introdotti fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Kapitolu III msemmija fl-Artikolu 113, biss jekk minn dik id-data dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal bidliet sinifikanti fid-disinni tagħhom. Fi kwalunkwe każ, il-fornituri u l-implimentaturi tas-sistemi tal-IA b’riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament sat-2 ta’ Awwissu 2030.Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5 kif imsemmi fl-Artikolu 113(3), il-punt (a), dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi ta' sistemi tal-IA b'riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli, minbarra s-sistemi imsemmija fil-paragrafu 1, li ġew introdotti fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz qabel it-2 ta’ Awwissu 2026, biss jekk, minn dik id-data, dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal bidliet sinifikanti fid-disinni tagħhom. Fi kwalunkwe każ, il-fornituri u l-implimentaturi ta' sistemi tal-IA b'riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament sat-2 ta’ Awwissu 2030.
3.
Il-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali li ġew introdotti fis-suq qabel it-2 ta’ Awwissu 2025 għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament sat-2 ta’ Awwissu 2027.
4.
“Il-fornituri tas-sistemi tal-IA, inkluż tas-sistemi tal-IA bi skop ġenerali, li jiġġeneraw kontenut sintetiku ta” awdjo, immaġni, video jew test, u li jkunu ġew introdotti fis-suq qabel it-2 ta” Awwissu 2026 għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 50(2) sat-2 ta” Diċembru 2026.Ma kienx jeżisti qabel l-emenda.