AI Act Documents:

Artikolu 41: Speċifikazzjonijiet komuni

Japplika minn 2 ta’ Awwissu 2026, skont Artikolu 113
1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu jew, kif applikabbli, għall-obbligi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzatstandard armonizzattfisser standard Ewropew kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012Article 3(27) għar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, jew, kif applikabbli, għall-obbligi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V, u:
(i) it-talba ma tkunx ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni; jew
(ii) l-istandards armonizzati li jindirizzaw dik it-talba ma jkunux tfasslu sal-iskadenza stipulata f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 1025/2012; jew
(iii) l-istandards armonizzati rilevanti ma jindirizzawx biżżejjed it-tħassib dwar id-drittijiet fundamentali; jew
(iv) l-istandards armonizzati ma jkunux konformi mat-talba; u
(b) ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu jew, kif applikabbli, l-obbligi msemmija fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli.
Meta tabbozza l-ispeċifikazzjonijiet komuni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-forum konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 67.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
2. Qabel ma tħejji abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li għandhom jiġu sodisfati.
3. Is-sistemi tal-IA b’riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli jew il-mudelli tal-IA bi skop ġenerali li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1, jew partijiet minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu jew, kif applikabbli, li huma konformi mal-obbligi msemmija fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V, sa fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jkopru dawk ir-rekwiżiti jew dawk l-obbligi.
4. Meta jiġi adottat standard armonizzatstandard armonizzattfisser standard Ewropew kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012Article 3(27) minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u dan jiġi propost lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza għal standard armonizzatstandard armonizzattfisser standard Ewropew kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012Article 3(27) tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew il-partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu jew, kif applikabbli, l-istess obbligi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V.
5. Meta l-fornituri ta’ sistemi tal-IA b’riskjuriskjutfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ ħsara u s-severità ta' dik il-ħsaraArticle 3(2) għoli jew ta’ mudelli tal-IA bi skop ġenerali ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1, huma għandhom jiġġustifikaw kif xieraq li jkunu adottaw soluzzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu jew, kif applikabbli, li jikkonformaw mal-obbligi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V sa livell mill-inqas ekwivalenti għalihom.
6. Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komunispeċifikazzjoni komunitfisser sett tasett tadata ta' validazzjoni” tfisser sett ta' data separat jew parti mis-sett ta' data dwar it-taħriġ, bħala qsim fissa jew varjabbliArticle 3(31)' speċifikazzjonijiet tekniċi, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, li tipprovdi mezz biex jiġu ssodisfati ċerti rekwiżiti stabbiliti taħt dan ir-RegolamentArticle 3(28) ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 jew, kif applikabbli, li jikkonformaw mal-obbligi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V, għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan bi spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-informazzjoni u, jekk ikun xieraq, temenda l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni kkonċernata.